Persuni jweġġgħu f’inċidenti separati tat-traffiku

(PR 411/25)

Tliet persuni ttieħdu l-Isptar Mater Dei wara li lbieraħ weġġgħu f’żewġ inċidenti separati tat-traffiku.

L-ewwel inċident seħħ għall-ħabta tal-ħdax u nofs ta’ filgħodu (1130hrs), fi Triq is-Salina, in-Naxxar. Mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li seħħet ħabta bejn mutur Nooma Bravo GLE misjuq minn Bulgaru ta’ 48 sena residenti San Pawl il-Baħar u Hyundai I10 misjuqa minn Spanjol ta’ 60 sena.

It-tieni inċident ġara għal ħabta tan-nofsiegħa ta’ waranofsinhar (1230hrs), fi Triq Bormla, Ħaż-Żabbar. Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħ impatt bejn Fiat Scudo misjuqa minn raġel ta’ 23 sena residenti Ħal Kirkop u mutur Honda NSS misjuq minn raġel ta’ 45 sena residenti Ħaż-Żabbar. Fuq il-mutur kien hemm ukoll tifel ta’ 8 snin.

Tim mediku ta l-assistenza fiż-żewġ inċidenti u s-sewwieqa tal-muturi kif ukoll it-tifel ta’ 8 snin, ittieħdu l-isptar b’ambulanza għall-kura medika. Aktar tard, huma kienu ċċertifikati li sofrew ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.