Persuni jweġġgħu f’inċidenti separati tat-traffiku

(PR 104/25)

Tliet persuni ttieħdu l-Isptar Mater Dei wara li weġġgħu f’żewġ inċidenti separati tat-traffiku lbieraħ.

L-ewwel inċident seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn u kwart ta’ waranofsinhar (1415hrs), fi Triq il-Marfa, il-Mellieħa. Mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li mara ta’ 50 sena u residenti r-Rabat, Għawdex, tilfet il-kontroll tat-Toyota Ractis li kienet qed issuq u baqgħet dieħla f’arblu tad-dawl. Magħha fil-vettura kien hemm ukoll raġel ta’ 29 sena u jgħix ir-Rabat, Għawdex.

It-tieni inċident ġara għal xi nofsillejl neqsin kwart (2345hrs), fi Triq il-Kappillan Mifsud, il-Ħamrun. Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li raġel ta’ 23 sena u joqgħod Santa Venera, kien sofra xi ġrieħi wara li allegatament, waqt li kien qed isuq mutur tal-għamla Suzuki, intlaqat minn vettura li baqgħet sejra.

Tim mediku ta l-assistenza fiż-żewġ inċidenti u l-persuni kollha ttieħdu l-isptar b’ambulanza għall-kura medika. Aktar tard, il-mara u x-xufier tal-mutur ġew iċċertifikati li weġġgħu b’mod gravi, filwaqt li r-raġel l-ieħor ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi ħfief.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.