Persuni jweġġgħu f’inċidenti separati tat-traffiku

(PR 53/25)

Żewġt irġiel ittieħdu l-Isptar Mater Dei wara li weġġgħu f’żewġ inċidenti separati tat-traffiku aktar kmieni llum.

L-ewwel inċident seħħ għall-ħabta tal-ħamsa ta’ filgħodu (0500hrs), fi Triq Ħal Farruġ, Ħal Luqa. Mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li raġel ta’ 34 sena li joqgħod il-Qrendi kien qiegħed isuq Ford Fiesta, tilef il-kontroll u ħabat f’arblu tad-dawl.

It-tieni inċident ġara għal xi s-siegħa neqsin kwart ta’ waranofsinhar (1245hrs), fi Triq D’Argens, il-Gżira. Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn mutur Yamaha YB125 misjuq minn raġel ta’ 59 sena residenti l-Fgura u karozza Mazda Demio misjuqa minn raġel ta’ 30 sena residenti Birkirkara.

Tim mediku ta l-assistenza fiż-żewġ inċidenti u ż-żewġt irġiel ta’ 34 u 59 sena ttieħdu l-isptar b’ambulanza għall-kura medika, fejn ġew iċċertifikati li weġġgħu b’mod gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.