(PR 496/26)

Persuni jweġġgħu f’inċidenti separati tat-traffiku

Raġel u mara ittieħdu l-Isptar Mater Dei wara li weġġgħu f’żewġ inċidenti separati tat-traffiku aktar kmieni llum.

L-ewwel inċident seħħ għall-ħabta tat-tmienja ta’ filgħodu (0800hrs), fi Triq Valletta, il-Marsa. Mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li seħħet ħabta bejn mutur Kymco misjuq minn Indjan ta’ 28 sena residenti l-Imsida u karozza Toyota Ractis misjuqa minn mara ta’ 51 sena residenti r-Rabat.

It-tieni inċident ġara għal xi t-tmienja u kwart ta’ filgħodu (0815hrs), fi Triq il-Belt Valletta, iż-Żurrieq. Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn mutur Honda misjuq minn mara ta’ 30 sena residenti ż-Żurrieq u karozza Toyota Yaris misjuqa minn mara ta’ 38 sena residenti ż-Żurrieq.

Tim mediku ta l-assistenza fiż-żewġ inċidenti u ż-żewġ xufiera tal-muturi ttieħdu l-isptar b’ambulanza għall-kura medika, fejn ġew iċċertifikati li weġġgħu b’mod gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.