(PR 451/26)

Persuni jweġġgħu f’inċidenti separati tat-traffiku

Żewġ persuni ttieħdu l-Isptar Mater Dei wara li lbieraħ weġġgħu f’inċidenti separati tat-traffiku.

L-ewwel inċident seħħ għall-ħabta tal-ħamsa ta’ waranofsinhar (1700hrs), fi Vjal ir-Riħan, San Ġwann.

Mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li seħħ impatt bejn Daihatsu Sirion misjuqa minn mara ta’ 44 sena residenti San Ġwann u mutur Aprilia misjuq minn raġel ta’ 32 sena residenti Birkirkara.

It-tieni inċident ġara għall-ħabta tad-disgħa ta’ filgħaxija (2100hrs), fi Triq Joe Scibberras, il-Ħamrun. Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li mara ta’ 69 sena resdenti l-Pietà intlaqtet minn Volgswagen Golf misjuqa minn Sirjan ta’ 23 sena.

Tim mediku ta’ l-assistenza fiż-żewġ inċidenti, fejn aktar tard ix-xufier tal-mutur kien iċċertifikat bi ġrieħi gravi, filwaqt li l-mara ta’ 69 sena kienet iċċertifikata bi ġrieħi serji.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar iż-żewġ inċidenti għadhom għaddejjin, filwaqt li l-Maġistrat Dr Tanya Sammut ħatret inkjesta dwar l-inċident fil-Ħamrun.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.