Insahhu l-Impenn tagħna flimkien ma’ Our Rescue

Il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta jesprimi l-gratitudni tiegħu lejn Our Rescue, organizzazzjoni dinjija mingħajr profit imwaqqfa fl-2013, għall-appoġġ kontinwu tagħha lejn il-missjoni konġunta tagħna biex niġġieldu kontra l-isfruttament sesswali u t-traffikar tat-tfal.

Our Rescue hija dedikata biex tiġġieled it-traffikar sesswali u l-isfruttament tat-tfal madwar id-dinja b’approċċ doppju: permezz tal-empowerment ta’ aġenziji tal-infurzar tal-liġi u appoġġ lill-vittmi, biex jerġgħu jibnu ħajjithom. Huma jaħdmu id f’id ma’ korpi tal-pulizija lokali, nazzjonali u internazzjonali biex jipprovdu taħriġ vitali, tagħmir speċjalizzat u assistenza operattiva li jsaħħu l-kapaċitajiet investigattivi u jgħinu biex is-suspettati jitressqu quddiem il-ġustizzja.

Daqstant ieħor importanti huwa l-appoġġ ċentrat fuq il-vittmi. Our Rescue tiżgura li dawk affettwati jirċievu għajnuna komprensiva u b’sensittività għat-trawma — minn interventi f’każijiet ta’ kriżi u kura medika sa edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali — sabiex jingħataw l-aqwa ċans għal fejqan fit-tul u rintegrazzjoni fis-soċjetà.

Permezz ta’ din is-sħubija kon[unta, Our Rescue ipprovdiet lis-Sezzjoni tas-Cyber Crime tal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta b’għodod avvanzati u taħriġ speċjalizzat li jsaħħu l-isforzi tagħna biex nidentifikaw, ninvestigaw u nressqu l-qorti lil dawk lil dawk li jattakaw lill-iktar membri vulnerabbli tas-soċjetà tagħna. Dan il-kontribut isaħħaħ l-impenn kontinwu tagħna biex noħolqu ambjent diġitali aktar sigur għat-tfal kollha.

Il-Korp tal-Pulizija ta' malta huwa grat lejn Our Rescue talli qed jissieħeb magħna fil-missjoni tagħna biex niġġieldu kontra l-isfruttament sesswali tat-tfal. It-taħriġ speċjalizzat tagħhom, it-tagħmir vitali u l-appoġġ sħiħ tagħhom saħħew l-isforzi tagħna biex nipproteġu lit-tfal u nressqu lis-suspettati quddiem il-ġustizzja. Flimkien, qed nagħmlu l-komunitajiet tagħna u d-dinja diġitali aktar siguri għall-aktar membri vulnerabbli fostna.
Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.