Tlift Xi Ħaġa?

Il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta għandu hub uffiċjali għall-oġġetti mitlufa u misjuba. Inħeġġuk iżżur din il-paġna onlajn jekk tlift jew sibt oġġett.

Jekk l-oġġett mitluf tiegħek mhuwiex hemmhekk, ifisser li għadu ma nstabx u ma nġieb fl-ebda għassa tal-pulizija. Madankollu, taqtax qalbek u erġa’ ċċekkja spiss. Barra minn hekk, kull tliet xhur il-Gazzetta tal-Gvern tippubblika lista ta’ Oġġetti Misjuba li jkunu nstabu u ġew mgħoddija lill-pulizija.

Sibt Xi Ħaġa?

Individwi li jsibu xi oġġett mitluf huma obbligati bil-liġi li jeħduh fl-eqreb għassa tal-pulizija fi żmien tlett ijiem.