Numru ta’ persuni l-isptar wara inċident f’Ħaż-Żabbar

(PR 709/24)

Illum, għall-ħabta tad-disgħa u kwart ta’ filgħodu (0915hrs), intalbet l-assistenza f’Misraħ San Ġakbu, Ħaż-Żabbar wara li vettura laqtet numru ta’ persuni.

Minnufih fuq il-post marru l-Pulizija flimkien ma’ numru ta’ ambulanzi u membri tal-Protezzjoni Ċivili.

Mill-ewwel investigazzjonijiet illi saru rriżulta li anzjan ta’ 79 sena residenti Ħaż-Żabbar, tilef il-kontroll tal-vettura Pajero Junior u aċċidentalment laqat xi persuni. Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-osservazzjoni, iżda ma ġarrab ebda ġrieħi.

Dan filwaqt li erba’ nisa ta’ 39, 66, 77 u 84 sena u żewġt irġiel ta’ 36 u 81, kollha residenti Ħaż-Żabbar, ittieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanzi. Aktar tard il-mara ta’ 84 ġiet iċċertifikata bi ġrieħi gravi u l-oħrajn kienu ċċertifikati bi ġrieħi ħfief. Tliet persuni oħra ngħataw il-kura fuq il-post tal-inċident.

L-investigazzjonijiet tal-pulizija b’rabta ma’ dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.