(PR 33/26)

Jittella’ katavru mill-baħar

Il-Pulizija qiegħda tinvestiga s-sejba ta’ katavru fil-bajja ta’ San Ġorġ, San Ġiljan.

Kmieni dalgħodu, għall-ħabta tas-siegħa (0100hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li ntlemaħ ġisem ta’ persuna fil-baħar.

Fuq din l-informazzjoni, il-Pulizija marret fuq il-post fejn sabet il-katavru, li huwa ta’ raġel, iżda għadu ma ġiex identifikat peress li nstab fi stat avvanzat ta’ dekompożizzjoni. Mill-ewwel investigazzjonijiet jidher li l-ġisem kien ilu fil-baħar għal diversi jiem.


Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat Dr Joseph Mifsud LL.D, li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata,


filwaqt li mistennija ssir awtopsja fuq il-kadavru sabiex tiġi stabbilità l-kawża tal-mewt.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija fuq dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.