(PR 538/26 & PR 539/26)

Inċident waqt parasailing f’San Ġiljan

Illum, għall-ħabta tas-siegħa ta’ waranofsinhar (1300hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha wara li madwar mil u nofs ‘il barra mill-kosta ta’ San Ġiljan, weġġgħu xi persuni.

Il-Pulizija marru immedjatament fuq il-post u minn investigazzjoni preliminari rriżulta li mara u raġel kienu qed jipprattikaw il-parasailing u aktarx kawża tar-riħ spiċċaw waqgħu fil-baħar.

Huma nġiebu lura l-art permezz ta’ dgħajsa oħra li kienet fil-viċinanzi, fejn ingħataw l-assistenza minn tim mediku.

Sfortunatament, ir-raġel, li huwa Ingliż u għandu 59 sena, ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post, filwaqt li l-mara, li hija Ingliża u għanda 60 sena, ittieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġiet iċċertifikata bi ġrieħi gravi.

Il-Maġistrat Dr Renata Farrugia LL.D ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.