Naxxar traffic accident

(PR 693/24)

Illum, għall-ħabta tal-ħdax neqsin kwart ta’ filgħodu (1045hrs), il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq il-Ġermanja, in-Naxxar.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li mara ta’ 78 sena u residenti n-Naxxar, tilfet il-kontroll tat-Toyota Vitz li kienet qed issuq u ħabtet fi trakk li kien ipparkjat.

Il-vittma ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġiet iċċertifikata li weġġgħet serjament.

Il-Maġistrat Dr Joe Mifsud LL.D ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.