(PR 699/24)
Illum, għall-ħabta tad-disgħa u nofs ta’ filgħodu (0930hrs), il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq is-Salini, in-Naxxar.
Minn stħarriġ preliminari li għamlet il-Pulizija rriżulta li l-inċident seħħ bejn tliet muturi – Aprilia misjuq minn raġel ta’ 31 sena residenti Ħal Qormi, Honda misjuq minn raġel ta’ 40 sena residenti l-Imqabba u Yamaha misjuq minn raġel ta’ 29 sena residenti San Pawl il-Baħar – kif ukoll kien hemm involuta Mercedes misjuqa minn mara ta’ 27 sena.
L-irġiel ta’ 31 sena u 40 sena ngħataw l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard ir-raġel ta’ 40 sena ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji filwaqt li l-ieħor sofra ġrieħi ta’ natura ħafifa.
Il-Maġistrat Dr Joe Mifsud LL.D ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta filwaqt li l-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.