(PR 177/26)

Inċident tat-traffiku f’Wied il-Għajn
Dalgħodu, għall-ħabta tal-għaxra (1000hrs), il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq id-daħla ta’ San Tumas, Wied il-Għajn.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Mitsubishi Pajero misjuq minn raġel ta’ 21 sena residenti Birkirkara u mutur Honda misjuq minn raġel ta’ 54 sena residenti Wied il-Għajn.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lis-sewwieq kif ukoll il-passiġġiera tal-mutur, mara ta’ 48 sena minn Wied il-Għajn għall-kura fl-Isptar Mater Dei. Aktar tard huma ġew iċċertifikati bi ġrieħi gravi. Aktar tard huma ġew iċċertifikati bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.