Inċident tat-traffiku f’Tas-Sliema

(PR 35/25)

Ilbieraħ, għall-ħabta tas-sitta ta’ filgħaxija (1800hrs), il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Rodolfu, Tas-Sliema.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Dacia Duster misjuqa minn Filippin ta’ 47 sena residenti Santa Venera u mutur Kymco Agility misjuq minn raġel ta’ 51 sena residenti Tas-Sliema.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar attenzjoni medika. Aktar tard huwa kien iċċertifikat bi ġrieħi gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.