(PR 53/26)

Inċident tat-traffiku f’Santa Venera

Raġel min-Nepal ta’ 43 sena li jgħix l-Imsida, għal xi l-ħamsa ta’ filgħodu (0500hrs), ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident fi Triq il-Kappillan Mifsud, Santa Venera.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel intlaqat minn vettura tal-għamla Chevrolet Spark misjuqa minn mara ta’ 44 sena residenti l-Ħamrun.

Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza fejn aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat Dr Monica Borg Galea LL.D li fetħet inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.