Inċident tat-traffiku f’Marsaxlokk


(PR 186/25)

Illum, għall-ħabta tat-tmienja ta’ filgħodu (0800hrs), il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Marsaxlokk, Marsaxlokk.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li Libjan ta’ 35 sena residenti l-Imsida tilef il-kontroll tat-Toyota Yaris li kien qed isuq u kellu impatt ma’ arblu kif ukoll ħajt. Fil-vettura kien hemm ukoll Libjan ieħor ta’ 28 sena residenti s-Swieqi.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lir-raġel ta’ 28 sena l-Isptar Mater Dei. Iktar Iktar tard, huwa ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.