Inċident tat-traffiku fiż-Żejtun

(PR 57/25)

Illum, għall-ħabta tal-ħdax u nofs ta’ filgħodu (1130hrs), il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Alfredo Cachia Zammit, Żejtun.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li seħħet ħabta bejn Skoda Fabia misjuqa minn mara ta’ 58 sena residenti Ħaż-Żabbar u mutur Yamaha T115 misjuq minn raġel ta’ 66 sena residenti Bormla. Fuq il-mutur kien hemm ukoll mara ta’ 56 sena residenti Bormla.

Is-sewwieq u l-passiġġier tal-mutur ingħataw l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Iktar tard huma ġew iċċertifikati li sofrew ġrieħi gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.