Inċident tat-traffiku fis-Siġġiewi

(PR 532/25)

Ilbieraħ, għall-ħabta tas-sagħtejn u nofs ta’ waranofsinhar (1430hrs), il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Ta’ Lawrenti, is-Siġġiewi.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Smart Fortwo misjuqa minn mara ta’ 34 sena residenti l-Mellieħa u Volvo XC 40 misjuq minn raġel ta’ 38 sena residenti l-Qrendi.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei. Aktar tard, hija kienet iċċertifikata bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.