Inċident tat-traffiku fin-Naxxar

(PR 187/25 & PR 188/25)

Aġġornament: Kemm is-sewwieqa kif ukoll il-passiġġieri tad-double decker ġew iċċertifikati bi ġrieħi ħfief.

L-Inkjesta Maġisterjali u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Aktar kmieni: Illum, għall-ħabta tal-1515 hrs, il-Pulizija ġiet infurmata b’ inċident tat-traffiku tul Triq il-Kosta fin-Naxxar.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari illi sar irriżulta li seħħet ħabta bejn double decker tat-tip Volvo u vettura Jaguar XF. Il-Jaguar kienet misjuqa minn raġel ta’ 81 sena minn Ħaż-Żebbuġ u miegħu kellu anzjana ta’ 80 sena, ukoll minn Ħaż-Żebbuġ. Id- double decker kienet misjuqa minn raġel ta’ 39 sena mill-Kenja li jgħix iż-Żurrieq u fiha kien hemm numru ta’ passiġġieri.


Fuq il-post issejjaħ tim mediku u membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu. Ambulanzi ħadu ż-żewġ xufiera, l-anzjana kif ukoll tliet nisa li kienu fid-double decker, l-Isptar Mater Dei għall-kura.

Aktar tard, il-mara ta’ 80 sena ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi serji filwaqt li l-kundizzjonijiet tal-persuni l-oħra għadhom pendenti.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat Dr Antione Agius Bonnici LL.D li fetaħ inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.