(PR 298/26)

Inċident tat-traffiku fil-Mellieħa

Ilbieraħ, għall-ħabta tal-ħdax u nofs ta’ filgħaxija (2330hrs), raġel ta’ 23 sena residenti l-Mosta, ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Louis Wettinger, il-Mellieħa.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li huwa kien qiegħed isuq Volkswagen Golf u għal xi raġuni tilef il-kontroll, bil-konsegwenza li nqaleb bil-vettura.

Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku, fejn imbagħad ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.