Inċident tat-traffiku fil-Gudja

(PR 684/24)

Ilbieraħ, għall-ħabta (1945 hrs), il-Pulizija ġiet infurmata b’ inċident tat-traffiku f’Dawret il-Gudja, il-Gudja.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn vettura tat-tip Skoda Fabia misjuqa minn raġel ta’ 50 sena residenti l-Gudja u vettura tat-tip Ford Fiesta, li dak il-ħin kienet fil-ġenb tat-triq b’puncture

Fil-ħin tal-impatt, raġel ta’ 29 sena minn Birżebbuġa weġġa’ wara li nqabad bejn iż-żewġ vetturi.

Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji.

Il-Maġistrat Dr Ian Farrugia LL. ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.