Inċident tat-traffiku fil-Fgura

(PR 12/25 & PR 17/25)

Aġġornament: Sfortunatament, il-mara ta’ 24 sena fl-aħħar sigħat tilfet ħajjitha fl-Isptar Mater Dei

L-Inkjesta Maġisterjali u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
 
 
Aktar Kmieni: Ilbieraħ, għal xi t-tmienja ta’ filgħaxija (2000hrs), żewġ nisa ta’ 34 u 24 sena minn Nepal, ittieħdu l-Isptar Mater Dei għax weġġgħu f’inċident tat-traffiku fi Triq Hompesh, il-Fgura.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li ż-żewġ nisa, intlaqtu minn Toyota Hilux li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 20 sena residenti Birżebbuġa.

Il-vittmi ngħataw l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdu l-isptar b’ambulanza fejn aktar tard il-mara ta’ 24 sena ġiet iċċertifikata bi ġrieħi serji filwaqt li l-oħra ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr Ian Farrugia LL.D li fetaħ inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.