Inċident tat-traffiku fil-Fgura

(PR 382/25)

Illum, għall-ħabta tat-tlieta u nofs ta’ waranofsinhar (1530hrs), il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Hompesch, il-Fgura.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Toyota Corolla misjuqa minn mara ta’ 23 sena residenti Ħaż-Żabbar u Audi Q3 misjuqa minn raġel ta’ 77 sena residenti Wied il-Għajn.

Fit-Toyota kien hemm ukoll mara ta’ 71 sena residenti Ħaż-Żabbar filwaqt li fl-Audi kien hemm ukoll żewġ nisa ta’ 76 sena u 42 sena, it-tnejn residenti Wied il-Għajn, u żewġ subien ta’ 14 u 11-il sena.

Fuq il-post issejħu l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, kif ukoll tim mediku, u ambulanzi ħadu lill-persuni kollha l-Isptar Mater Dei sabiex jingħataw il-kura meħtieġa.

Sfortunatament, il-mara ta’ 71 sena ġiet iċċertifikata mejta ftit tal-ħin wara filwaqt li l-mara ta’ 23 sena tinsab f’qagħda serja, ir-raġel ta’ 77 sena u l-mara ta’ 76 sena ġew iċċertifikati li weġġgħu gravi.

Il-kundizzjoni tal-persuni l-oħra għadha pendenti.

Il-Maġistrat Dr Ian Farrugia LL.D ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.