Inċident tat-traffiku f’Ħaż-Żebbuġ

(PR 139/25)

Illum, għall-ħabta tat-tmienja ta’ filgħodu (0800hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza fi Vjal il-Ħelsien, Ħaż-Żebbuġ.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li raġel ta’ 68 sena u mara ta’ 64 sena, it-tnejn residenti Ħaż-Żebbuġ, sofrew xi ġrieħi wara li ntlaqtu minn Peugeot 306 li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 59 sena residenti Ħaż-Żebbuġ.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet liż-żewġ persuni l-Isptar Mater Dei għal kura. Aktar tard, il-mara ġiet iċċertifikata bi ġrieħi gravi filwaqt li r-raġel sofra ġrieħi ta’ natura ħafifa.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.