Inċident tat-traffiku f’Ħal Tarxien

(PR 372/25)

Kmieni dalgħodu, għall-ħabta tal-erbgħa u nofs (0430hrs), il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq San Anard, Ħal Tarxien.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel ta’ 40 sena residenti Ħal Tarxien kien tilef il-kontroll tal-mutur Kawasaki u nqaleb. Fuq il-mutur kien hemm ukoll mara mil-Latvja ta’ 33 sena u residenti Marsaskala.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet liż-żewġ persuni l-Isptar Mater Dei, fejn ir-raġel ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi filwaqt li l-mara ġiet iċċertifikata bi ġrieħi serji.

Il-Maġistrat Dr Ian Farrugia LL.D ġie nfurmat bil-każ u fetaħ inkjesta filwaqt li l-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.