(PR 294/26)

Inċident tat-traffiku f'Ħal Tarxien
Raġel ta’ 30 sena residenti Birżebbuġa, għall-ħabta tan-nofs siegħa ta’ dalgħodu (0030hrs), ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Tal-Brarrani, Ħal Tarxien.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li huwa kien qiegħed isuq Toyota Auris u ħabat f’siġra, bil-konsegwenza li ftit wara l-vettura ħadet in-nar. Persuni li kienu għaddejjin minn fuq il-post laħqu ħarġu lix-xufier mill-vettura qabel ma beda in-nar.
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku, fejn imbagħad ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.