Inċident tat-traffiku f’Għawdex

(PR 547/25)

Illum, għall-ħabta tad-disgħa ta’ filgħodu (0900hrs), il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq l-Imġarr, Għajnsielem, Għawdex.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Mitsubishi L200 misjuq minn raġel ta’ 35 sena residenti x-Xagħra u mutur Suzuki GSXR misjuq minn raġel ta’ 43 sena residenti n-Nadur. Fuq il-mutur kien hemm ukoll ġuvni ta’ 19-il sena residenti n-Nadur. B’konsegwenza ta’ dan l-inċident, Toyota Corolla li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 67 sena residenti l-Qala u Alfa Romeo li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 55 sena mill-Munxar, ġarbu xi ħsarat.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lix-xufier ta’ 43 sena u l-ġuvni ta’ 19-il sena l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, fejn ix-xufier ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi filwaqt li l-ieħor sofra ġrieħi ta’ natura ħafifa.

Il-Maġistrat Dr Brigitte Sultana LL.D ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.