Inċident tat-traffiku f’Għawdex

(PR 221/25)

Ilbieraħ, għall-ħabta tal-ħamsa ta’ waranofsinhar (1700hrs), il-Pulizija ġiet infurmata
b’inċident tat-traffiku fi Triq ix-Xagħra, ix-Xagħra, Għawdex.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta
bejn Hyundai misjuqa minn raġel ta’ 74 sena residenti x-Xagħra u Nissan misjuqa minn Albaniż
ta’ 33 sena. Fil-Hyundai kien hemm ukoll mara ta’ 73 sena residenti x-Xagħra.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lit-tliet persuni l-Isptar Ġenerali ta’
Għawdex

Iktar tard, l-irġiel ġew iċċertifikati bi ġrieħi ta’ natura ħafifa filwaqt li l-mara ġiet
iċċertifikata bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Jekk titfi dan il-cookie, ma nkunux nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek. Dan ifisser li kull darba li żżur din il-websajt trid terġa' tattiva jew titfi l-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.