(PR 232/25)
Illum, għall-ħabta tas-siegħa u kwart ta’ waranofsinhar (1315hrs), il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Għar Dalam, Birżebbuġa.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Peugeot Partner misjuq minn Albaniż ta’ 23 sena residenti Birżebbuġa u mutur Honda NSS misjuq minn raġel ta’ 34 sena residenti ż-Żejtun.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei. Aktar tard huwa kien iċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin