Inċident fatali f’Wied il-Għajn

(PR 287/25)


Illum għall-ħabta tal-għaxra ta’ filgħodu (1000hrs), il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Villabate, Wied il-Għajn.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħ impatt bejn van Peugeot Partner li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 38 sena mill-Kosta tal-Avorju u residenti l-Marsa, Nissan March li kienet qed tinstaq minn Taljan ta’ 43 sena u ċiklist ta’ 67 sena residenti ż-Żejtun. Fin-Nissan kien hemm ukoll Taljana ta’ 38 sena li ttieħdet l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza.

Iċ-ċiklist ingħata l-għajnuna minn tim mediku fuq il-post iżda sfortunatament ġie ċċertifikat mejjet. Il-kundizzjoni tat-Taljana għadha mhix magħrufa.

Il-Maġistrat Dr Philip Galea Farrugia LL.D ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.