(PR 660/25)

Inċident fatali f’San Ġiljan
Kolumbjana ta’ 31 sena residenti Birkirkara, dalgħodu tilfet ħajjitha f’inċident tat-traffiku f’San Ġiljan.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-tlieta ta’ filgħodu (0300hrs) fi Triq Mikiel Anton Vassalli.
Mill-ewwel stħarriġ li sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Kia Picanto misjuqa minn raġel ta’ 21 sena residenti Marsaskala u mutur TVS Jupiter misjuq mill-vittma.
Il-mara minnufih ingħatat l-għajnuna minn tim mediku, iżda sfortunatament hija kienet iċċertifikata mejta ftit tal-ħin wara.
Il-Maġistrat Dr Philip Galea Farrugia LL.D Il-Maġistrat Dr Philip Galea Farrugia LL.D kien infurmat bil-każ u ħatar inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.
Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.