Inċident fatali f’Ħaż-Żebbuġ

(PR 301/25)

Il-Ħamis 19 ta’ Ġunju, għall-ħabta tal-għaxra ta’ filgħaxija (2200hrs), il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq L-Imdina, Ħaż-Żebbuġ.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħ impatt bejn Renault Captur li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 57 sena minn Ħad-Dingli u Honda Civic li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 32 sena u residenti Ħal Luqa. Fil-Honda Civic kien hemm ukoll mara ta’ 28 sena, residenti Ħ’Attard.

Huma ngħataw l-għajnuna minn tim mediku u minn membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u ttieħdu l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza. Ftit tal-ħin wara, ir-raġel ta’ 32 ġie ċċertifikat mejjet.

Ir-raġel l-ieħor u l-mara sofrew ġrieħi gravi.

Il-Maġistrat Dr Antoine Agius Bonnici LL. D ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.