Inċident fatali bil-mutur

(PR 39/25)

Taljan ta’ 36 sena, residenti Birkirkara, tard ilbieraħ filgħaxija tilef ħajtu f’inċident tat-traffiku fl-Imsida.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-tmienja u kwart (2015hrs) fi Triq Mikiel Anton Vassalli.

Mill-ewwel stħarriġ li sar irriżulta li r-raġel kien qiegħed isuq mutur Honda u waqt li kien fil-mina, tilef il-kontroll, ħabat mal-ħajt u waqa’.

Il-vittma minnufih ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Sfortunatament huwa kien iċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.

Il-Maġistrat Dr Philip Galea Farrugia LL. D ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.