(PR 399/26)

Inċident b’tuk tuk f’Għawdex

Raġel ta’ 52 sena u residenti San Pawl il-Baħar, għal xi l-erbgħa u kwart ta’ waranofsinhar (1615hrs), ittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għax weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq Tal-Kanal, ix-Xewkija, Għawdex.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel kien qiegħed isuq tuk tuk, tilef il-kontroll u nqaleb.

Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.