Inċident bil-mutur f’San Pawl il-Baħar

(PR 491/25)

Ġappuniża ta’ 44 sena u residenti Birkirkara, għal xi s-sebgħa u nofs tal-bieraħ filgħaxija (1930hrs), ittieħdet l-Isptar Mater Dei għax weġġgħet f’inċident tat-traffiku fi Triq San Pawl, San Pawl il-Baħar.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li Ġermaniż ta’ 44 sena u jgħix San Ġiljan kien qiegħed isuq mutur tal-għamla Voge 300Rally, tilef il-kontroll u waqa’. Il-mara kienet passiġġiera fuq il-mutur.

Huma ngħataw l-għajnuna minn tim mediku, u l-mara ttieħdet l-isptar b’ambulanza fejn ġiet ċċertifikata li weġġgħet gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.