Il-Pulizija arrestat erba’ Taljani li huma parti minn ċirku ta’ kriminalità organizzata

(PR301/24)

Erba’ żgħażagħ Taljani, li allegatament jiffurmaw parti minn grupp ta’ kriminalità organizzata, ġew arrestati waqt ħidma konġunta bejn diversi sezzjonijiet tal-Korp tal-Pulizija, b’rabta ma’ sensiela ta’ serq, magħruf bħala ‘snatch and grab’ ta’ ġojjellerija minn fuq persuni fi stabbilimenti tad-divertiment.

Is-Sibt li għadda, il-Pulizija ġew infurmati kważi fl-istess ħin, li hemm bżonn l-assistenza fi stabblimenti tad-divertiment f’Ħaż-Żebbuġ u San Ġiljan. Minnufih il-Pulizija marru fuq il-post fejn f’Ħaż-Żebbuġ arrestaw minnufih żewġ ġuvintur, waqt li f’San Ġiljan, ġew arrestati wkoll wara ftit ħin biss, żewġ ġuvintur oħra.

Mill-investigazzjonijiet illi saru bejn Branki Speċjalizzati u Distretti, irriżulta li dawn iż-żgħażagħ qegħdin iduru stabbilimenti tad-divertiment fejn ikun hemm rassa kbira. Waqt li jkunu qed jiżfnu man-nies, jaħtfu u jiġbdu ġiżirajjen minn fuq l-għonq tal-vittmi u jaħarbu qalb il-folla.

L-erba’ persuni arrestati għandhom 16-il sena, 18-il sena, 21 sena u 24 sena u jgħixu l-Italja. Huma tressqu l-Qorti matul il-jum tal-Ħadd quddiem il-Maġistrat Dr Nadia-Helena Vella LL.D.

Tnejn minnhom – ta’ 24 sena u 21 sena – ammettew l-akkużi u ġew ikkundannati disa’ xhur ħabs u 12-il xahar ħabs, effettivi, rispettivament, waqt li l-ġuvintur ta’ 16 u 18-il sena wieġbu mhux ħatja, madankollu baqgħu jinżammu taħt arrest preventiv.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.