(PR 624/25)

Il-Pulizija Maltija tarresta raġel imfittex fuq bombi ma' ATM’s fl-Awstrija

Fis-sigħat illi għaddew, il-Pulizija Maltija arrestat Maċedonjan, li huwa fost numru ta’ persuni li jiffurmaw parti minn grupp ta’ kriminali Ewropew, imfittxija mill-awtoritajiet Awstrijaċi b’rabta ma’ serje ta’ bombi ma’ ATM’s tal-banek fl-Awstrija.

L-investigazzjonijiet fl-Awstrija bdew is-sena li għaddiet u ġew identifikati total ta’ 48 suspettat, bl-Uffiċċju tal-Prosekuzzjoni ta’ Vjenna, fl-aħħar ta’ Ottubru li għadda, ħareġ Mandati ta’ Arrest Ewropew (EAW’s) fil-konfront tagħhom.

Kmieni t-Tlieta filgħodu saret operazzjoni internazzjonali f’numru ta’ pajjiżi Ewropej, fosthom f’Malta. L-operazzjoni f’Malta kienet waħda konġunta bejn taqsimiet diversi tal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta, fejn ġiet iċċirkondata residenza f’San Pawl il-Baħar. Dan wara li minn investigazzjonijiet illi saru, wieħed mis-suspettati, Maċedonjan ta’ 29 sena, ġie identifikat li qiegħed joqgħod Malta u dan huwa wieħed mid-29 persuna li sa issa ġew arrestati.

Ir-raġel tressaq il-Qorti lbieraħ, sabiex jibda l-proċess biex jiġi estradit lejn l-Awstrija. Huwa ta l-kunsens tiegħu biex jiffaċċja l-proċeduri kriminali fl-Awstrija. Huwa baqa’ jinżamm taħt arrest.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.