Il-Pulizija Maltija f’operazzjoni tal-Europol kontra l-isfruttament sesswali tat-tfal online

(PR 174/25)

Facebook
Operazzjoni internazzjonali kkordinata mill-Europol, wasslet biex il-Pulizija ta’ Malta tarresta żewġt irġiel b’rabta ma’ sfruttament sesswali tat-tfal online.

“Operation Stream” rat is-sehem ta’ pulizija minn 35 pajjiż madwar id-dinja fosthom il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta, fejn fiha ġew identifikati 1,400 suspettat minn madwar id-dinja, li wasslu għall-arrest ta’ 79 minnhom, inkluż 2 f’Malta.

Waqt din l-operazzjoni l-Pulizija Maltija wettqet rejd fejn ġie ssekwestrati apparat eletroniku u apparat ieħor relatat mal-isfruttament sesswali tat-tfal online u ġew arrestati ż-żewġ irġiel.

Din il-kooperazzjonali internazzjonali wasslet biex ingħalqet il-pjattaforma “Kidflix”, waħda mill-ikbar pjattaformi online magħrufa għall-pedofelija, li kien fiha iżjed minn 72,000 vidjo.

Hawnhekk għandkom issib il-link tal-istqarrija maħruġa mill-Europol għal aktar informazzjoni : https://www.europol.europa.eu/media-press/newsroom/news/global-crackdown-kidflix-major-child-sexual-exploitation-platform-almost-two-million-users.Here you can find the link of the statement issued by Europol for more information: https://www.europol.europa.eu/media-press/newsroom/news/global-crackdown-kidflix-major-child-sexual-exploitation-platform-almost-two-million-users

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.