(PR 626/25)

Maltese Police play important role in Europol international operation – Four Maltese victims lose around €500,000

Operazzjoni internazzjonali kkordinata mill-Europol – bis-sehem tal-Pulizija Maltija – waslet biex tneħħew b’suċċess networks ta’ frodi u ħasil ta’ flus, li jammontaw għal aktar minn €700 miljun. Din l-operazzjoni mmarkat il-qofol ta’ snin ta’ investigazzjonijiet biex tkisser ċirku ta’ kriminali madwar l-Ewropa u lil hinn minnha.

In-netwerk kriminali kien qiegħed jopera bosta pjattaformi ta’ investimenti tal-cryptocurrency foloz, u jattiraw eluf ta’ vittmi permezz ta’ reklami sofistikati b’wegħda ta’ profitti għoljin. Il-vittmi kienu imbagħad jiġu kkuntatjati ripetutament permezz ta’ telefonati, fejn dawk li jċemplu jagħmlu pressjoni fuq il-vittmi biex jagħmlu pagamenti kontinwi billi juruhom profitt minfuħ fuq pjattaformi kummerċjali foloz.

L-INVOLVIMENT TAL-PULIZIJA MALTIJA

L-involviment tal-Pulizija Maltija, permezz tal-Blockchain Analysis Unit (BAU), waslet biex ġew identifikati erba’ każijiet relatati ma’ frodi ta’ investiment fejn l-erba’ vittmi Maltin tilfu bejniethom total ta’ €493,750.

Il-frodi kien jinvolvi ingann f’investimenti online bl-użu ta’ pjattaformi differenti fejn il-vittmi ġew imqarrqa minn konsulenti finanzjarji foloz, ingħataw struzzjonijiet biex jużaw għodod ta’ aċċess u pprovdew dokumenti personali. Il-fondi ġew trasferiti permezz ta’ banek tradizzjonali, karti ta’ kreditu, u cryptocurrency.

ARRESTI F’PAJJIŻI EWROPEJ

B’rabta ma’ din l-operazzjoni, f’Ottubru li għadda saru rejds tal-pulizija kkoordinati madwar Ċipru, il-Ġermanja, u Spanja fuq talba tal-awtoritajiet Franċiżi u Belġjani. Dawn l-azzjonijiet inizjali wasslu għall-arrest ta’ disa’ individwi suspettati li ħaslu fondi illeċiti ġġenerati minn pjattaformi foloz tal-cryptocurrency.

F’din l-operazzjoni tal-Europol, minbarra l-Pulizija Maltija ħadu sehem ukoll l-awtoritajiet tal-Belġju, Bulgarija, Ċipru, Franza, Ġermanja, Iżrael u Spanja.

Qegħdin ngħaddulkom ukoll il-ħolqa għall-Istqarrija maħruġa mill-Europol għal aktar informazzjoni: International takedown of cryptocurrency fraud network laundering over EUR 700 million | Europol

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.