Il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta jniedi websajt ġdida intiża li ttejjeb l-aċċess tal-informazzjoni għall-pubbliku.

Il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta iħabbar it-tnedija tas-sit elettroniku li għadu kif tfassal mill-ġdid, pass sinifikanti ‘l quddiem fl-impenn tagħna sabiex inħarsu s-saħħa u s-sigurtà permezz ta’ informazzjoni iżjed aċċessibbli u immedjata. Żviluppata bl-interess tal-pubbliku li ħa jaċċessa fuq moħħna, il-websajt il-ġdida tipprovdi lill-komunità pjattaforma innovattiva, effiċjenti, u faċli biex tiġi aċċessata mill-mowbajl.

Din il-preżenza moderna hija mfassla mhux biss biex tissodisfa iżda taqbeż l-aspettattivi tal-pubbliku fil-qasam diġitali. Din is-sit toffri informazzjoni malajr u korretta u tippermetti lill-utenti jaċċessaw riżorsi u aġġornamenti immedjatament. Hija mfassla biex tissodisfa l-ħtiġijiet speċifiċi ta’ lokalitajiet differenti f’Malta, u tiżgura li kull utent ikollu l-aktar informazzjoni rilevanti aċċessibbli.

“Il-websajt il-ġdida hija xhieda tad-dedikazzjoni tagħna lejn il-komunitajiet li naqdu,” Angelo Gafà, Kummissarju tal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta. “Fid-dinja mgħaġġla tal-lum, huwa kruċjali li nipprovdu pjattaforma li tkun faċli biex tintuża u kapaċi twassal l-informazzjoni kruċjali li ċ-ċittadini tagħna jeħtieġu.”

Il-karatteristiċi ewlenin tal-websajt il-ġdida jinkludu:

  • Informazzjoni Lokali Personalizzata: l-utenti jistgħu jaċċessaw informazzjoni u servizzi speċifiċi relatati mal-lokalità tagħhom, li jtejbu r-rilevanza u l-prattiċità tal-kontenut provdut.
  • Disinn Viżwali Modern: Is-sit jinkorpora l-aħħar xejriet tad-disinn viżwali, filwaqt li jiżgura esperjenza estetikament pjaċevoli fuq it-tagħmir u l-pjattaformi kollha.
  • Aċċess mill-mowbajl: Filwaqt li jirrikonoxxi l-użu dejjem jiżdied minn tagħmir tal-mowbajl għall-informazzjoni, din is-sit tiżgura li l-utenti jkollhom aċċess mingħajr interruzzjoni, irrispettivament mill-apparat użat.
  • Użu tal-Aħħar Standards tal-Web: Il-websajt il-ġdida tal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta tuża l-aħħar standards tal-web, li tenfasizza s-sikurezza, l-aċċessibbiltà u navigazzjoni faċli għall-utent.

Nistiednuk biex iżur is-sit elettroniku l-ġdid tal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta fuq http://pulizija.gov.mt. Din l-inizjattiva hija parti mill-isforzi kontinwi tagħna biex insaħħu l-aċċessibilità u l-effettività tas-servizzi tal-pulizija u biex inrawmu komunità aktar siġura għal kulħadd.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.