Malta Police force signs collaborative Exchange Agreement with IACP and the Ministry of Interior of the United Arab Emirates

(PR 549/24)

Nhar l-1 ta’ Ottubru, il-Kummissarju Angelo Gafà, f’isem il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta, iffirma ftehim ta’ skambju kollaborattiv mal-International Association of Chiefs of Police (IACP), il-Ministeru tal-Intern tal-Emirati Għarab Magħquda u sitt aġenziji oħra tal-pulizija, inkluż il-Los Angeles Police Department, tal-Istati Unit, l-Arizona Department of Public Safety, tal-Istati Uniti u l-Peel Regional Police tal-Kanada. Dan il-ftehim se joffri opportunitajiet ta’ programmi ta’ skambju futuri fl-Emirati, kif ukoll qsim ta’ informazzjoni, riżorsi u prattiċi promettenti.Il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta Jiffirma Ftehim ta’ Skambju Kollaborattiv mal-IACP u l-Ministeru tal-Intern tal-Emirati Għarab Magħquda

Preċedentement, ftehim simili kien iffirmat minn ħames aġenziji oħra, inkluż it-Toronto Police Service tal-Kanada u Las Vegas Metropolitan Police Department tal-Istati Uniti.

L-IACP, l-akbar u l-aktar assoċjazzjoni professjonali influwenti fid-dinja għall-mexxejja tal-pulizija, irrikonoxxiet lil dawn is-sitt aġenziji, fosthom il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta, għall- impenn kontinwu lejn il-professjonalizzazzjoni u l-avvanz tal-pulizija globalment.

Dan il-ftehim isegwi l-parteċipazzjoni ta’ uffiċjali tal-pulizija Maltin fi programmi ta’ taħriġ tal-pulizija li saru fl-Emirati Għarab Magħquda aktar kmieni din is-sena. Fi Frar 2024, l-Ispettur tal-Pulizija Raymond Joseph Azzopardi temm b’suċċess programm ta’ ħames xhur taħriġ għall-kadetti fl-Abu Dhabi Police College, ġewwa Abu Dhabi, fl-Emirati. It-taħriġ kien jinkludi 35 uffiċjal minn 14-il pajjiż differenti, bl-Ispettur Azzopardi jkun rikonoxxut bħala l-Best Overall Male International Officer.

Bl-istess mod, is-Surġent Jan Saliba, f’Mejju 2024 temm b’suċċess programm ta’ 16-il ġimgħa, li wassal għal Diploma in Police Innovation and Leadership. Dan il-kors kien organizzat mid-Dubai Police General Command, b’kollaborazzjoni mar-Rochester Institute of Technology (RIT) ġewwa Dubaj.

“Dan il-ftehim, li jpoġġi lill-Korp tal-Pulizija fuq il-mappa dinjija ma’ ġganti bħal-Los Angeles Police Department tal-Istati Uniti u t-Toronto Police Service tal-Kanada, jirrikonoxxi l-avvanzi kbar imwettqa mill-Korp tal-Pulizija fl-aħħar snin li qed iwasslu għal servizz aktar professjonali u fdat. Kuntent ferm nara kif il-Korp tal-Pulizija Malti qiegħed illum mhux biss ikun rikonoxxut mill-poplu Malti u Għawdxi imma fuq kollox fuq livell internazzjonali. Permezz ta’ dawn il-programmi internazzjonali ta’ skambju, l-uffiċjali tagħna qed jingħataw l-opportunità li jkabbru l-għarfien tagħhom fuq prattiċi innovattivi fis-settur, bil-għan li l-Korp tal-Pulizija jibqa’ joffri servizz professjonali lill-poplu Malti u Għawdxi f’dinja li kontinwament tevolvi.” – Kummissarju Gafà.

Dawn l-inizjattivi huma parti mill-Istrateġija tat-Trasformazzjoni tal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta (2020-2025) li, fost l-oħrajn tiżgura li l-uffiċjali tal-pulizija, fil-livelli kollha tal-organizzazzjoni, jkomplu jiżviluppaw l-aqwa kapaċitajiet tagħhom.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.