(PR 23/26)

Ħames sewwieqa jitwaqqfu b’rabta ma’ sewqan perikoluż

Ilbieraħ filgħaxija l-Pulizija wettqet diversi spezzjonijiet fl-inħawi ta’ Ta’ Qali, b’rabta ma’ rapporti ta’ sewqan perikoluż u tlielaq illegali.

Waqt li l-pulizija kienu fi Triq San Ġakbu f’Ħ’Attard, semgħu żewġ vetturi jinstaqu b’veloċità eċċessiva u dehru li kienu qed itellqu. Il-pulizija segwew il-vetturi u nnutaw lis-sewwieqa jinjoraw is-sinjali tat-traffiku, jagħmlu manuvri perikolużi u joħolqu riskju serju għal nies oħra fit-triq.

Sussegwentement il-vetturi ġew imwaqqfa, fejn is-sewwieqa, żewġ ġuvintur ta’ 18-il sena, ġew identifikati u infurmati li se jinħarġu akkużi fil-konfront tagħhom.

Aktar tard, waqt li l-pulizija kienu fuq ronda fi Triq Durumblat, il-Mosta, innutaw tliet vetturi oħra jinstaqu b’veloċità eċċessiva, b’wieħed minnhom saħansitra jipprova jaqbeż billi jgħaddi kontra t-traffiku.

Il-pulizija rnexxielhom iwaqqfu waħda mill-vetturi, fejn ġie identifikat is-sewwieq u ftit tal-ħin wara instabu wkoll iż-żewġ vetturi l-oħra, bil-bqija tax-xufiera jiġu wkoll identifikati.

It-tliet sewwieqa, żewġ ġuvintur ta’ 21 u ieħor ta’ 26 sena, ġew infurmati li se jinħarġu akkużi fil-konfront tagħhom.

Il-Pulizija tfakkar li s-sewqan perikoluż u t-tlielaq fit-toroq jipperikolaw il-ħajja u se tkompli tieħu azzjoni kontra min jikser il-liġi u jpoġġi lil ħaddieħor f’riskju.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.