Ħames persuni arrestati b’rabta ma’ traffikar tad-droga

(PR 568/25)

Operazzjoni ta’ sorveljanza fuq diversi individwi allegatament involuti f’ċirku ta’ kriminalità b’rabta ma’ traffikar ta’ sustanzi llegali fl-akwati tal-Marsa, waslet għall-arrest ta’ ħames irġiel.

Fl-aħħar jiem, il-Pulizija identifikat wieħed mis-suspettati ewlenin, raġel ta’ 53 sena resdenti l-Gżira, li kien qiegħed juża stalla taż-żwiemel fi Triq in-Nagħal, bħala l-bażi biex minnu allegatament tiġi ttraffikata d-droga.

Kien għalhekk li lbieraħ il-Pulizija wettqet rejd fil-post imsemmi, fejn minnu ġie arrestat ir-raġel ta’ 53 sena, kif ukoll erbat irġiel oħra – wieħed ta’ 26 sena residenti Bormla, tnejn ta’ 38 sena residenti Wied il-Għajn u l-Kalkara rispettivament u ieħor ta’ 43 sena residenti Ħal Qormi.

Tfittxija fil-post waslet għas-sejba ta’ madwar 60 qartas b’sustanza suspettata eroina lesti biex jinbiegħu kif ukoll ammont ieħor ta’ eroina li nstabet f’ċirkostanzi li juri li kienet qiegħda tiġi ppreparata biex titqassam fi qratas. Instabu ukoll madwar 160 qartas b’sustanza suspettata droga sintetika kif ukoll ammont ieħor ta’ droga sintetika li wkoll nstabet f’ċirkostanzi li juri li kienet qiegħda tiġi ppreparata biex titqassam fi qratas. Il-valur tad-droga misjuba tlaħħaq madwar €10,000.

Aktar kmieni llum tlieta mill-arrestati, dak ta’ 26 sena u t-tnejn ta’ 38 sena, tressqu l-Qorti b’arrest quddiem il-Maġistrat Dr Leonard Caruana LL.D. Huma wieġbu mhux ħatja, madankollu ma ngħatawx il-ħelsien mill-arrest u qegħdin jinżammu fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.