Ilbieraħ, għall-ħabta tas-sagħtejn u nofs ta’ waranofsinhar (1430hrs), il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Tal-Barrani, Ħal Tarxien.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Toyota Toyoace misjuq minn raġel ta’ 52 sena residenti l-Fgura u Ford Focus misjuqa minn raġel ta’ 70 sena residenti l-Fgura.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku flimkien ma’ membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u ambulanza ħadet lir-raġel ta’ 52 sena l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.