Ħabta bejn żewġ vetturi fin-Naxxar

(PR 578/25)

Dalgħodu, għall-ħabta tat-tmienja (0800hrs), il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq il-Kappella ta’ Xagħra, fin-Naxxar.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Mazda Demio misjuqa minn tfajla ta’ 19-il sena u Mercedes Benz misjuqa minn raġel ta’ 61 sena. Passiġġiera fil-Mercedes kien hemm mara ta’ 73 sena.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lit-tfajla kif ukoll lill-passiġġiera tal-Mercedes l-Isptar Mater Dei. Aktar tard tard l-anzjana kienet iċċertifikata bi ġrieħi gravi filwaqt li t-tfajla kienet iċċertifikata bi ġrieħi ħfief.

Il-persuni involuti huma kollha residenti n-Naxxar.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta mal-każ għadhom għaddejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.