Ħabta bejn vann u karozza f’Ħal Lija

(PR 369/25 & PR 370/25)

Illum, għall-ħabta tal-għaxra u nofs ta’ filgħodu (1030hrs), il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq il-Mosta, Ħal Lija.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn vann Renault Trafic misjuq minn raġel ta’ 24 sena residenti l-Imtarfa u karozza Suzuki Swift misjuqa minn raġel ta’ 81 sena u joqgħod il-Mosta. Fis-Suzuki, kien hemm ukoll mara ta’ 79 sena residenti l-Mosta.

Fuq il-post issejħu l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, kif ukoll tim mediku, u ambulanzi ħadu lill-persuni kollha l-Isptar Mater Dei sabiex jingħataw il-kura meħtieġa.

Sfortunatament, il-mara ġiet iċċertifikata mejta ftit tal-ħin wara filwaqt li r-raġel anzjan l-ieħor jinsab f’kundizzjoni serja. Ir-raġel l-ieħor ġie ċċertifikat bi ġrieħi ħfief.

Il-Maġistrat Dr Ian Farrugia LL.D ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.