Ħabta bejn karozza u mutur Ħ’Attard

(PR 176/25)

Illum, għall-ħabta tat-tmienja u nofs ta’ filgħodu (0830hrs), il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq iż-Żagħfran, Ħ’Attard.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Toyota Passo misjuqa minn mara ta’ 19-il sena residenti Birkirkara u mutur Kawazaki misjuq minn raġel ta’ 31 sena u jgħix Birkirkara wkoll.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei. Iktar tard, huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament.

Il-Maġistrat Dr Ian Farrugia LL. D ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta, filwaqt li l- investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.