Ħabta bejn karozza u mutur fl-Imġarr

(PR 220/25)

Nhar il-Ġimgħa 2 ta’ Mejju, għall-ħabta tat-tlieta u nofs ta’ waranofsinhar (1530hrs), il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq l-Imġarr, l-Imġarr stess.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Toyota Starlet misjuqa minn raġel ta’ 54 sena residenti l-Mosta u mutur Honda misjuq minn raġel ta’ 63 sena residenti l-Għarb, Għawdex.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei. Aktar tard huwa kien iċċertifikat li sofra ġrieħi serji.
Il-Maġistrat Dr Ian Farrugia LL.D ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin
Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Jekk titfi dan il-cookie, ma nkunux nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek. Dan ifisser li kull darba li żżur din il-websajt trid terġa' tattiva jew titfi l-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.