(PR 458/26)

Għaddas jitlef ħajtu

Għaddas ta’ 41 sena residenti r-Rabat, sfortunatament tilef ħajtu waqt li kien qed jagħmel xi xogħol fl-akwati tal-Gżejjer ta’ San Pawl.

Il-Pulizija kienu infurmati bl-inċident għall-ħabta ta’ nofsinhar (1200hrs).

L-għaddas iddaħħal fuq il-moll ta’ Buġibba mill-Forzi Armati ta’ Malta, fejn hemmhekk kien hemm tim mediku li beda jassistih, iżda sfortunatament huwa ġie ċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.

Il-Maġistrat Dr Monica Borg Galea LL.D ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta sabiex tiġi ddeterminata l-kawża tal-mewt.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija, flimkien mal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà Fuq il-Post tax-Xogħol, dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.