Il-protezzjoni tad-data personali tiegħek u l-integrità tal-investigazzjonijiet tal-pulizija hija obbligu ewlieni tal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta. Għal din ir-raġuni, l-aċċess għar-rapporti tal-pulizija huwa kkontrollat bir-reqqa. Din il-gwida tispjega kif tista’ tikseb kopja stampata ta’ rapport u x’ għandek tistenna meta tagħmel talba.
Meta tippreżenta rapport ġdid tal-pulizija, l-uffiċjal jirreġistrah direttament fis-Sistema Nazzjonali tal-Pulizija (NPS). Ladarba r-rapport jitlesta, tingħata rikonoxximent stampat li jinkludi:
Jekk, għal raġunijiet tekniċi, ir-rapport ma jistax jiġi stampat immedjatament, tista’ tirċevih bħala PDF permezz ta’ email fl-indirizz li tipprovdi. Dan japplika wkoll meta r-rapporti jiġu ppreżentati bit-telefon, bl-email, jew online.
Huwa preżunt li l-persuna li titlob kopja tar-rapport permezz tal-posta elettronika hija konxja tar-riskji involuti f ’tali metodi ta’ komunikazzjoni.
Dan l-ewwel dokument huwa bbażat biss fuq dak li inti stess għedt lill-Pulizija u normalment ma teħtieġ ebda redazzjoni.
Jekk teħtieġ verżjoni aktar aġġornata jew sħiħa ta’ rapport, pereżempju għall-qorti, pretensjoni tal-assigurazzjoni, jew skop uffiċjali ieħor, trid tissottometti talba permezz ta’ Uffiċċju Distrettwali tal-Pulizija.
Dan japplika meta:
F’dawn is-sitwazzjonijiet, ir-regoli dwar il-protezzjoni tad-data jeħtieġu li r-rapport jiġi rieżaminat u, fejn meħtieġ, jiġi ridott qabel ma jinħareġ. Informazzjoni dwar partijiet terzi, dettalji investigattivi kunfidenzjali, u kontenut ristrett ieħor jistgħu jiġu mgħottija fil-kopja stampata li tirċievi.
Il-kopja stampata finali tiġi prodotta direttament mill-NPS. Kull paġna tiġi ttimbrata u ffirmata mill-uffiċjal sabiex tkun tista’ tippreżentaha bħala dokument uffiċjali lil partijiet terzi bħal assiguraturi, avukati, jew il-qrati.
Tista’ titlob kopja ta’ rapport jekk int direttament konness miegħu, pereżempju:
Fil-każijiet kollha, il-Pulizija għandha tivverifika l-identità tiegħek qabel ma toħroġ kwalunkwe informazzjoni. Dan huwa meħtieġ biex tiġi ssalvagwardjata l-privatezza tiegħek u biex jiġi żgurat li d-data personali ma tiġix żvelata lil persuni mhux awtorizzati.
Għal rapporti li jinvolvu minuri, persuna li jkollha s-setgħa tal-ġenituri jew il-kustodja legali tista’ titlob kopja tar-rapport tal-minuri. Dan huwa suġġett għall-istess kontrolli u għall-ħtieġa li jiġu protetti s-sikurezza, il-benessri u interessi oħra tat-tfal.
Jekk ma tistax tattendi personalment, tista’ tawtorizza persuna oħra biex titlob jew tiġbor kopja tar-rapport tiegħek f’ ismek.
Biex tagħmel dan, trid:
Il-persuna awtorizzata għandha ġġib il-formola oriġinali ffirmata u l-identifikazzjoni tagħha meta tattendi fl-uffiċċju tal-pulizija.
Alternattivament, tista’ tiġi ppreżentata forma ta’ prokura rikonoxxuta legalment.
Persuna tista’ teħtieġ informazzjoni minn rapport tal-pulizija biex tittratta pretensjoni ċivili jew proċess legali ieħor.
F’dawn il-każijiet:
Skont il-liġijiet li jirregolaw l-assigurazzjoni, kopji ta’ rapporti dwar vetturi tat-triq, inklużi kolliżjonijiet tat-traffiku, inċidenti, serq jew ħsara, jistgħu jiġu pprovduti lill-assiguraturi bħala parti mill-proċess tal-pretensjonijiet tal-assigurazzjoni. Dawn it-talbiet huma sottomessi direttament mill-assiguraturi lill-Pulizija permezz tal-mezzi uffiċjali stabbiliti.
Hemm sitwazzjonijiet fejn il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta jista’ ma jkunx jista’ jipprovdi kopja ta’ rapport, jew jista’ jipprovdi biss sommarju qasir minflok. Dan jista’ jseħħ meta:
F’każijiet bħal dawn, tista’ tingħata sommarju bil-miktub li jikkonferma s-suġġett bażiku tar-rapport u l-involviment tiegħek fl-inċident. Is-sommarju jista’ jinkludi wkoll id-dettalji tal-Maġistrat Inkwirenti jew tal-uffiċjal rilevanti, sabiex tkun tista’ tindirizza kwalunkwe talba ulterjuri lill-awtoritajiet kompetenti.
Matul dan il-proċess, id-data personali tiegħek tiġi ttrattata skont il-Policy dwar il-Protezzjoni tad-Data tal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta u l-liġijiet applikabbli.
Fil-prattika, dan ifisser li: